Ritratti: Reġgħu tfew id-dawl!

Għat-tmien sena konsekuttiva, is-Soċjetà Filarmonika Leone reġgħet tfiet id-dawl, bil-parteċipazzjoni tagħha  fl-avveniment globali Earth Hour, din is-sena bit-tema Connect2Earth. 
Id-dwal li jilluminaw il-faċċata tat-Teatru tal-Opra Aurora fi Triq ir-Repubblika r-Rabat Għawdex intfew is-Sibt filgħaxija. Dan biex jinħoloq aktar għarfien dwar il-bżonn li nħarsu l-ambjent.
Barra minn hekk, ġiet organizzata ikla fil-Foyer tat-Teatru għad-dawl tax-xemgħa. Dan sar fit-8:30pm, bil-perjodu jtul siegħa.
Fi stqarrija, is-Soċjetà u t-Teatru saħqu li se jkomplu bl-isforzi sabiex jitnaqqas l-impatt fuq l-ambjent.