Ritratti: Raġel u tifla ta’ 6 snin ma jinstabux wara maltemp fl-Iżvizzera

REUTERS/Denis Balibouse

Read in English.

Raġel ta’ 37 sena u tifla ta’ sitt snin ma nstabux fl-Iżvizzera wara li l-karozza tagħhom tkaxkret minn valanga ta’ tajn, riżultat ta’ għargħar.

Il-Pulizija Żvizzera stqarret li ħaddiema tas-salvataġġ għadhom għaddejja bil-ħidma tat-tfittxija. Il-maltemp vjolenti l-Ħadd filgħaxija wassal biex ix-xmara Losentze tfur, u tkaxkar magħha żewġ karozzi. Filwaqt li waħda mill-karozzi kien hemm fiha r-raġel u t-tifla, l-oħra kienet vojta.

Għadu mhux ikkonfermat jekk it-tifla tiġix bint ir-raġel. L-awtoritajiet għalqu t-toroq qrib ir-raħal Chamoson, kif ukoll waqqfu l-funikular bejn Sierre u Crans-Montana minħabba perikli.