Ritratti: Joħroġ ir-riżultat tal-awtopsja

CMRU

Read in English.

Il-Pulizija qed tqis il-każ tar-raġel li nstab mejjet fil-Marsa bħala omiċidju. Dan wara li ħareġ ir-riżultat tal-awtopsja. S’issa l-identità tar-raġel għadha mhix magħrufa, bil-Pulizija tkompli tinvestiga biex jinstab l-allegat aggressur.

Il-Pulizija kienet infurmata b’raġel mixħut mal-art fuq bankina fil-ħaxix fi Triq Diċembru Tlettax għall-ħabta tal-11.30pm tal-bieraħ filgħaxija. Instab li kellu ġrieħi fi sidru.

Ir-raġel li għadu ma ġiex iddentifikat iżda li huwa ta’ nazzjonalità barranija ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post mit-tim mediku li ssejjaħ.

Il-Pulizija għaddejja bl-istħarriġ sabiex tistabilixxi x’ġara.

Il-Maġistrat tal-Għassa Victor Axiaq ordna inkjesta u ħatar diversi esperti biex jassistuh. Sa ssir awtopjsa preliminarja sabiex tkun stabbilità il-kawża tal-mewt.

Il-Pulizija tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali u tad-Distrett qed imexxu l-investigazzjonijiet f’dan il-każ.