Ritratti: Qatt rajt minn dan il-velenu f’xi ġnien?

FB: RUBS Puppy Love

Persuna ħadet ritratti ta’ velenu li jidher li tpoġġa apposta biex jivvalena l-annimali. Persuna jew persuni mhux magħrufa poġġew dan il-valenu mal-art f’żona fejn jilagħbu t-tfal f’Raħal Ġdid.

Apparti li jista’ jintlaħaq u jittiekel faċilment mill-annimali li jista’ jkun hemm f’din iż-żona, jista’ wkoll jintmess jew jittiekel mit-tfal li innoċentament ma jkunux jafu x’inhu. Il-velenu tqiegħed f’bandli f’Raħal Ġdid u miegħu ħaltulu l-ikel tal-annimali biex ma jagħtix fil-għajn.

Bosta persuni esprimew ir-rabja u d-dispjaċir tagħhom permezz ta’ comment. Uħud appellaw biex isir rapport lill-pulizija u uħud qalu li kien hemm xi każi simili anka f’irħula oħra, fosthom Birkirkara. Kien hemm min offra li jmur ineħħi l-velenu hu stess.