Ritratti: “Qasmu r-ritratt ta’ Daphne u waddbuh fiż-żibel”

Ir-rittratt tal-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia instab maqsmu f’biċċtejn u mormi quddiem il-Qorti fil-Belt Valletta.
Dan ħareġ minn ritratti li qed jiġu mxerrda fuq il-midja soċjali.
Ir-ritratt kien jagħmel parti mill-mafkar tal-ġurnalista mad-dawra tal-monument tal-Assedju l-Kbir li għal dawn l-aħħar xhur qamet kontroversja kbira fuq jekk għandux jitħalla hemmhekk jew le.
Fost il-messaġġi li qed jinxterdu fuq il-midja soċjali dwar dan l-att, bosta qed jistaqsu jekk hux vera li l-investigazzjonijiet se jkopru kull angolu tal-każ tal-assassinju jew jekk hux qed isir minn kollox biex il-poplu jinsa dak li ġara.
Qed isostnu li jippruvaw kemm jippruvaw, mhux se jiġu msikkta.

Ritratti: Mandy Mallia