Ritratti: Qanpiena ġdida għall-Katidral tal-Imdina

Qanpiena antika 500 sena ġiet sostitwita b’waħda ġdida fjamanta għall-Katidral tal-Imdina, mill-Kapitlu Metropolitan.

L-Arċisqof Charles Scicluna bierek il-qanpiena f’ċerimonja ta’ inawgurazzjoni aktar kmieni nhar l-Erbgħa. Il-qanpiena l-ġdida ġiet maħduma fi Franza u tiżen 170kg. Il-qanpiena l-qadima se tittieħed fil-mużew tal-katidral fl-Imdina stess.