Ritratti: Qalb it-tfal wara Daphne Caruana Galizia

Qalb it-tfal, il-ġenituri u l-għalliema mill-Komunità tal-Iskola ta' San Anton imxiet fi Triq ir-Repubblika sal-Monument tal-Assedju l-Kbir quddiem il-Bini tal-Qorti. 
Hemmhekk poġġew fjuri u xemgħat quddiem ir-ritratt tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, li ġiet assassinata fil-Bidnija ftit wara li telqet mid-dar bil-karozza.
Waħda mill-għalliema qrat ittra b'messaġġi f'saħħithom għat-tfal preżenti.
Ritratti: Ryan Bonello