Ritratti: “Pulizija mbenġla qisha marret għall-gwerra”

Dawn ir-ritratti juru l-marka fiżika li ħalliet fuq il-pulizija mara li bejn is-Sibt u l-Ħadd li għadda ġiet aggredita f’San Ġiljan.
Kien il-President tal-Police Officers’ Union, l-Ispettur Sandro Camilleri, li tella’ dawn ir-ritratti fuq Facebook, u miegħu kiteb kliem ta’ appoġġ u sostenn fil-konfront tal-pulizija.
Il-pulizija, li hija membru tal-POU fi ħdan il-General Workers’ Union, sfat attakkata minn mara Ġermaniża.  Ilbieraħ il-mara ammettiet l-akkużi miġjuba kontriha u ġiet ordnata tħallas multa ta’ €4,000 u ssentenzjata sitt xhur priġunerija sospiżi għal sentejn.
L-Ispettur Camilleri saħaq li dan kollu jkompli jżid mal-attakki li qed isofru kontinwament il-membri tal-Korp tal-Pulizija.
Ritratti: Facebook – Sandro Camilleri