Ritratti: Pulizija jevita diżgrazzja fl-Imsida

Magna ta' karozza ħadet in-nar ħdejn il-Monument tal-Ħaddiem fl-Imsida.
Il-każ seħħ ftit tal-ħin ilu.
Pulizija marru mill-ewwel fuq il-post u kkontrollaw in-nirien b'fire extinguisher.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma' Newsbook.com.mt li ħadd ma weġġa' fl-inċident.

Ritratti: Justin Vella u Andrew Camilleri