Ritratti: Pulizija bil-malji fis-snin ta’ qabel?

Ritratti li dalgħodu ġew ippubblikat f’ġurnal lokali juru aktar pulizija bil-malji tal-għawm fuq dinghy tal-korp.  

Dawn ir-ritratti imorru lura għal perjodu 2010 – 2012, meta John Rizzo kien għadu Kummissarju tal-Pulizija.

B’hekk dawn  ir-ritratti jikkontradixxu dak li qal l-eks Kummissarju Rizzo mal-istess ġurnal, meta qal li taħt it-tmexxija tiegħu qatt ma kien hemm pulizija barranin li marru jgħumu fuq dinghy.

Dwar dawn ir-ritratti Rizzo qal li m’għandux x’jikkumenta għax dak li qal għadu jgħodd.

Kien Newsbook.com.mt li l-ġimgħa li għaddiet żvela ritratti tal-pulizija bil-malji fuq dinghy tal-pulizija, li kien juri grupp ta’ pulizija Ġermaniżi li jinsabu Malta fuq programm ta’ attachment mal-Korp tal-Pulizija u li r-ritratt ittieħed waqt brejk fil-programm tagħhom.

Il-pulizija ħadet azzjoni dixxipplinarja kontra erba’ pulizija dwar dan il-każ. 

Ritratti: TOM