Ritratti: Protesti vjolenti f’Pariġi jħallu ħerba

Il-President Franċiż, Emmanuel Macron żar Pariġi filwaqt li kkundanna l-għaġir ta’ bosta nies li niżlu jipportestaw fit-toroq ta’ Pariġi u li ħallew ħerba sħieħa warajhom. Protesti vjolenti okkuopaw iċ-ċentru ta’ Pariġi lbieraħ, fost il-ħerba kien hemm karozzi mogħtija n-nar, twieqi mkissra u attakki fuq il-pulizija li ppruvat tikkontrolla l-folla permezz tal-gassijiet tad-dmugħ.

Dan kien l-agħar ribell fi Franza għall dawn l-aħħar għaxar snin. Il-protesti bdew bħala ribelljoni kontra żieda fit-taxxa tal-fjuwil iżda eskalaw f’ġimgħat ta’ inkwiet ċivili, mifruxa madwar il-pajjiż sal-punt li l-bieraħ spiċċaw b’133 persuna midruba, inklużi 23 uffiċjal tal-pulizija, u 412 arrestati nhar il-lejl.