Ritratti: Protesti kbar kontra abbozz ta’ liġi dwar tkeċċija lejn iċ-Ċina f’Hong Kong

REUTERS/Tyrone Siu

Eluf ta’ persuni pprotestaw f’Hong Kong kontra abbozz ta’ liġi propost dwar l-estradizzjoni ta’ persuni lejn iċ-Ċina. Il-liġi jekk tgħaddi se tkun qed tħalli l-persuni suspettati jiġu estraditi lejn iċ-Ċina biex jgħaddu proċessi ġudizzjarji. Dawn il-protesti huma mistennija li jkunu l-ikbar li qatt saru f’dawn l-aħħar 15-il sena.

Il-Pulizija qed jaħdmu biex iżommu l-attivisti b’iktar minn 2,000 uffiċjal jiddaħħlu xogħol hekk kif mistennija iktar minn 500,000 attivist. Dan ifisser li l-protesti jafu jkunu ikbar minn dawk li saru f’2003 meta l-attivisti ħarġu kontra l-liġijiet li kienu qed jipproponu iktar sigurtà nazzjonali b’konsegwenza li dawn ma għaddewx.

L-attivisti qed jgħajjatu ‘le għal tkeċċija lejn iċ-Ċina, le għal liġi ħażina’, filwaqt li hemm attivisti oħra qed jitolbu biex Carrie Lam il-Kap Eżekuttiv ta’ Hong Kong jirreżenja.

Lam għalkemm għamel xi emendi fil-liġi proposta rrifjuta li jwaqqaf l-abbozz.

L-oppożizzjoni kontra l-abbozz għaqdet diversi persuni ġejjin minn diversi oqsma tal-ħajja li jinkludu persuni fin-negozju, avukati, studenti, attivisti favur id-demokrazija u gruppi reliġjużi. Aġenti tal-assigurazzjoni, kif ukoll negozjanti żgħar, flimkien max-xufiera tat-trasport pubbliku tkellmu mal-aġenzja tal-aħbarijiet Reuters u qalu li din kienet l-ewwel darba tagħhom qed jipprotestaw.