Ritratti: Programm speċjali biex titfakkar Nadia Toffa

Ritratt: Ph. Loris T. Zambrelli / Photomovie / Uffiċju stampa Mediaset

Kien proprju bħal-lum sena, it-13 ta’ Awwissu tal-2019, li ħafna tnikktu bkl-aħbar tal-mewt tal-ġurnalista Taljana Nadia Todda, li kienet tagħmel parti mill-programm Le Iene. Huwa għalhekk li llejla fid-9.10pm l-istazzjon Italia Uno se jkun qed iwassal programm speċjali bl-isem ta’ Le Iene per Nadia.

Dan se jkun programm speċjali li permezz tal-bosta mistiedna li se jkollu, se titfakkar il-memorja ta’ din il-personalità ferm maħbuba.

Iżda l-programm mhux biss se jkollu l-mistiedna speċjali beix jitkellmu fuq Nadia Toffa iżda wkoll se jitwasslu għadd ta’ filmati sinifikativi fosthom l-ewwel serviżż ta’ Toffa għall-programm Le Iene.

Se naraw ukoll l-intervista li Toffa kienet tat lil Silvia Toffannin waqt Verissimo fl-2018 u se naraw ukoll iċ-ċajta li l-ġurnalista kienet għamlet fuq Teo Mammucari waqt il-programm Celebrity Games tal-2012.

Il-programm se jwassal ukoll mumenti oħra mill-karriera ta’ Toffa, fosthom l-intervista li kienet għamlet lil Terence Hill fl-2018 kif ukoll se naraw xiltiet meta hija ħadet sehem fil-game show Caduta Libera ta’ Gerry Scotti, kif ukoll l-intervent tagħha waqt il-programm Maurizio Costanzo Show.

Il-programm hu wieħed rekordjat u fir-ritratti tistgħu taraw uħud mill-mistiedna li llejla se jkunu qed ifakkru l-memorja ta’ Nadia Toffa.