Ritratti: Post ieħor jisfa vittma tal-universitarji

Il-librerija, il-post li tat l-għerf tagħha lill-istudenti Universitarji spiċċat il-vittma tal-istudenti li f’dawn il-ġranet qed jiggradwaw.
Biex jiċċelebraw li rnexxielhom itemmu b’suċċes is-snin li għamlu fl-Università jistudjaw, l-istudenti infexxew ikissru fil-librerija.
Biex jinku l-istudenti li għadhom imwaħħlin mal-mejda tal-librerija u tal-klassi, kull sena jidħlu l-istudenti li jkunu għadhom kemm gradwaw jgħajtu u jsaffru u jiċċelebraw.
Ritratti li qed iduru fuq Facebook ġiegħlu lil diversi letturi u ġenituri jistaqsu x’tip ta’ studenti qed joħorġu mill-Università, meta mhux kapaċi jikkontrollaw lilhom infushom.
Fuq Facebook il-Pro Rettur tal-Università ddeskriva din l-attitudni bħala waħda diżappuntanti.
Dan hekk kif mhux biss il-librerija kienet il-vittma. Mal-librerija kien hemm ukoll ħsarat fis-Science Lecture Theatre.
Ritratti: Facebook