Ritratti: Pit bull isalva tifel minn attakk taż-żunżan

Archives

Kelb Pit bull salva tifel ta’ 8 snin minn Oregon fl-Amerka meta dan spiċċa vittma ta’ attakk taż-żunżan.
Jesse-Cole Shaver kien qiegħed m’għaxart iħbieb tiegħu f’foresta lokali  meta dawn rifsu fuq zokk immuffat, u kien hemm li minnu ħarġu mijiet ta’ żunżan jattakkaw lit-tfal.
Iż-żunżan perikolużi gidmu lil Jesse-Cole mill-inqas 24 darba qabel il-kelb tiegħu, Hades, sema’ l-għajat u mar isalva lit-tfal. Peress li t-tifel ma setax jimxi minħabba l-gdim taż-żunżan, il-Pit bull qabdu mill-qalziet u karxkru sad-dar ħdejn ommu.