Ritratti: Persuna tmut f’Wied il-Għajn; tinfetaħ inkjesta

Persuna mietet f’Wied il-Għajn. Skont il-Pulizija l-persuna mietet minħabba kundizzjoni medika. Infetħet inkjesta maġisterjali dwar il-każ.

Kelliem għall-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt li ġew infurmati bl-inċident għall-10am. Skont l-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija jidher li l-persuna mietet minħabba kundizzjoni medika. M’hemmx suspett li dan kien qtil.

L-inċident seħħ fi Triq Sant’ Antnin f’Wied il-Għajn. Ambulanza marret fuq il-post, però l-persuna ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post. L-inkjesta qed titmexxa mill-Maġistrat Marse-Ann Farrugia.