Filmat: Pellegrinaġġ għat-tfal bir-roti f’Ħaż-Żabbar

Read in English.

Illum għadd ta’ tfal ħadu sehem f’pellegrinaġġ bir-roti mill-Knisja tas-Salib Imqaddes lejn is-Santwajru ta’ Ħaż-Żabbar.

Dan il-pellegrinaġġ għat-tfal sar avveniment annwali hekk kif issa daħal fil-11-il sena tiegħu. Din l-attività qed issir ġimgħa qabel il-festa tal-Madonna tal-Grazzja u qabel il-pellegrinaġġ annwali bir-roti u l-muturi b’ħajr lill-patruna taċ-ċiklisti.

Il-Ħadd li ġej mistenni jsir il-pellegrinaġġ nazzjonali annwali tal-muturi u r-roti lejn Ħaż-Żabbar.