Ritratti: ONE | SIX: Sentejn ta’ taħriġ jissarrfu f’esebizzjoni ta’ xahar

KitzKlikz.com

Spazju Ċ fi Spazju Kreattiv qed jieħu xejra differenti dan ix-xahar. Minn ħadid sa ħġieġ sa ritratti, xogħol interattiv u biċċiet ta’ għamara li ntremew minn xi ħadd u issa qed jintużaw minn ħaddieħor… dan kollu huwa esebit fi Spazju Kreattiv fil-wirja finali ta’ sitt studenti li qegħdin itemmu l-kors ta’ sentejn tagħhom ta’ Maġisteru fl-Arti Diġitali fi ħdan il-Fakultà tal-Midja u x-Xjenzi tal-Għarfien fl-Università ta’ Malta.

Is-sitt studenti universitarji li qegħdin itellgħu l-esebizzjoni bl-isem ONE|SIX, qalu li x-xogħol huwa l-kulminazzjoni tar-riċerka li wettqu tul is-sentejn tal-kors, u hu varjat ħafna. Fost it-temi li jesploraw is-sitt artisti hemm il-memorja u l-arkivji, ir-realtajiet distopiċi u l-etnografija.

L-istudenti parteċipi huma Charlene Galea, Thomas Scerri, Etienne Farrell, Julia Galea, Tony Cassar u Lionel M. Cassola. Huma vvjaġġaw fi Franza x-xahar li għadda, fejn tellgħu esebizzjoni oħra flimkien ma’ studenti universitarji Franċiżi f’Arles.

ONE I SIX

Check out the video feature for the exhibition ONE I SIX The show will be on at Spazju Kreattiv up till the end of the month ! Thanks to Mauro D'Amato for the videography

Posted by ONE I SIX on Tuesday, June 11, 2019

L-esebizzjoni se ddum miftuħa sat-30 ta’ Ġunju fi Spazju Ċ fi Spazju Kreattiv, il-Kavallier ta’ San Ġakbu, il-Belt Valletta. Aktar tagħrif hawn.