Ritratti: Omm u tarbija l-ewwel żewġ vittmi tal-urugan Florence

Mother kissing newborn

L-urugan Florence fl-Istati Uniti ħalla l-ewwel tliet vittmi tiegħu tard ilbieraħ filgħaxija, bl-ewwel tnejn sfortunati jkunu omm u tarbija.

Skont il-midja internazzjonali l-omm inqabdet f’darha mat-tarbija kawża tal-urugan u t-tnejn li huma tilfu ħajjithom wara li waqgħet siġra fuq id-dar li kienu fiha.

It-tielet vittma tal-urugan qalil kien raġel li sofra attakk tal-qalb fir-residenza li kien fiha. Għalkemm huwa rmexxielu jċempel għall-għajnuna kawża tal-urugan is-servizzi tal-emerġenza ma laħqux waslu ħdejh fil-ħin minħabba d-diżastru u ostakli li l-urugan qed iħalli fit-toroq minn kull fejn qed jgħaddi.

Florence qed ikun meqjus bħala wieħed mill-ikbar urugani li laqtu lill-Istati Uniti fl-aħħar snin hekk kif kaġun tiegħu kellhom jiġu evakasti madwar 1.7 miljun persuna filwaqt li 600,000 residenza jinsabu mingħajr dawl.