Ritratti: Occupy Justice tissuġġerixxi min għandu jiġi arrestat illum

Il-grupp ta’ attivisti kontra l-korruzjoni Occupy Justice elenka lista ta’ dawk il-persuni li jemmen li għandhom jiġu arrestati qabel ma’ tispiċċa s-sena.

Fi stqarrija Occupy Justice qal li hekk kif is-sena qed tintemm iċ-ċittadini Maltin għadhom qed jistennew l-arresti ta’ dawk kollha involuti b’xi mod jew ieħor fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Ilbieraħ filgħaxija għadd ta’ attivisti mill-Occupy Justice nġabru fuq it-taraġ ta’ Kastilja biex isejħu għall-arrest ta’ Joseph Muscat, Keith Schembri, Konrad Mizzi, Brian Tonna, Karl Cini, Lawrence Cutajar, Peter Grech, Neville Gafa, Chris Cardona, u Owen Bonnici.

Occupy Justice qalet li dawn għandhom jiġu arrestati għax:

  • Joseph Muscat – għall-korruzzjoni
  • Keith Schembri – għall-assassinju
  • Konrad Mizzi – ftuħ ta’ kontijiet fil-Panama u tixħim
  • Brian Tonna – ftuħ ta’ kontijiet offshore
  • Karl Cini – kompliqi ma’ Tonna
  • Lawrnece Cutajar – falla milli jinvestiga l-korruzzjoni
  • Peter Grech – mhux qed jiddefendi ċ-ċittadini
  • Neville Gafa – għall-iskandlu tal-visas
  • Chris Cardona – li jideb taħt ġurament
  • Owen Bonnici – kollużjoni ta’ Joseph Muscat

Dawn in-nies kollha għadhom jisħqu li huma innoċenti.

Il-grupp qal li żmien il-festi ma jnaqqasx dawk l-inġustizzji żvelati fl-aħħar ġimgħat. Il-grupp qal li saħansitra żmien il-festi jitfa’ dawl aktar qawwi fuqhom.

Occupy Justice qal li l-ġlieda tiegħu għall-verità se tkompli anke f’dan iż-żmien ta’ festi.