Ritratti: Nuqqas ta’ ikel, indafa u spazju għall-annimali f’San Anton

Persuna li matul din il-ġimgħa żaret il-ġonna ta’ San Anton kiteb jilmenta dwar il-kundizzjoni li fiha qed jgħixu l-annimali miżmuma fil-ġonna.
Fuq il-midja soċjali, l-istess persuna allegat li l-annimali, l-aktar il-ħamiem, it-tiġieġ u s-sriedaq qed jitħallew imutu bil-ġuħ u jgħixu fil-ħmieġ tagħhom stess u f’nuqqas ta’ spazju.
F’ritratt li ġibdet l-istess persuna tidher ħamiema li ilha mejta għal numru ta’ ġranet u li tħalliet fil-gaġġa mal-bqija.
Żied jgħid li sentejn ilu kellu jċempel lill-awtoritajiet biex ineħħu papri li kienu qed jitħallew jgħixu fi ħmieġ kbir, bla ikel u xorb u qalb papri oħra mejta.
Intant b'reazzjoni għal dan, l-Uffiċċju tal-President qal li l-ġonna pubbliċi ta' San Anton u l-ħarsien tal-annimali ma jaqgħux taħt ir-responsabbilità tiegħu.
Newsbook.com.mt bagħat mistoqsijiet lill-awtoritajiet konċernati