Ritratti: Nirien qawwija f’Ħal Tarxien

Razzett fit-Triq Ħal Tarxien, f'Ħal Tarxien ħadet in-nar wara li waqa' xi ġamar mill-murtali tal-festa tal-Madonna tad-Duttrina.
In-nar qabad ilbieraħ filgħaxija.
Jidher li n-nirien ħakmu sew hekk kif il-pumpiera mill-Protezzjoni Ċivili damu jissieltu man-nirien sas-sigħat bikrin ta' filgħodu.
Ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident.
Ritratti: Ian Noel Pace