Ritratti: Nirien mal-faċċata ta’ Dar l-Emigrant fil-Belt

Matul il-lejl li għadda, il-faċċata ta' Dar l-Emigrant fil-Belt Valletta ġiet maħkuma min-nirien.
Newsbook.com.mt huwa nfurmat li l-każ seħħ għal ħabta tas-12.45 ta' dalgħodu u huwa mifhum li n-nar beda minn stair lifter li hemm fuq barra tad-Dar.
Infurmati wkoll li membri tal-Korp tal-Pulizija li dak il-ħin kienu għassa mal-Berġa ta' Kastilja marru fuq il-post u tfew in-nirien.
Għad mhux magħruf jekk in-nar bediex mil-lifter jew tqabbadx b'intenzjoni. 
Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident
L-amministrazzjoni ta’ Dar l-Emigrant qed tappella għall-ġenerożità tan-nies biex ikun jista' jsir ix-xogħol meħtieġ mal-faċċata kif ukoll biex jinxtara lifter li jiswa madwar €10,000.

Ritratti fuq: info@newsbook.com.mt