Filmat: Nirien f’għelieqi fl-Għasri; ħidma biex jintfew

Ħaxix f’numru ta’ għelieqi fl-Għasri ħa n-nar u kkawża dħaħen kbar mal-madwar illum wara nofsinhar.
Kelliem għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili f'Għawdex qal ma’ Newsbook.com.mt li preżenti fuq il-post hemm 3 trakkijiet tat-tifi tan-nar sabiex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.
Spjega li kienu bosta dawk li ġew affettwati minħabba n-nirien hekk kif għadd ta' bdiewa kellhom il-balal tat-tiben fiż-żona.
Qal ukoll li kważi l-ħaddiema kollha tal-istazzjon t'Għawdex qegħdin fuq il-post sabiex jikkontrollaw in-nirien.
Sorsi qalu ma' Newsbook.com.mt li l-kawża tan-nirien kienu xi logħob tan-nar tal-festa, madanakollu il-kelliem għas-CPD ma setax jikkonferma jekk dan hux vera jew le.
Ritratti fuq info@newsbook.com.mt