Ritratti: Nar fil-Miżieb

Pumpiera tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu l-Miżieb wara li żviluppa nar.

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li dan mhux l-ewwel każ ta’ dan it-tip, hekk kif kawża tas-sħana qed jiżviluppaw diversi nirien fil-kampanja madwar Malta.

L-awtoritajiet qed jappellaw lill-Kunsilli Lokali sabiex jieħdu ħsieb li jitneħħa l-ħaxix ħażin minn akwati pubbliċi jew miftuħa filwaq li l-bdiewa  kemm jista’ jkun għandhom iwarrbu l-ħaxix qabel tikkarga s-sħana.

Qed isir ukoll appell sabiex il-pubbliku ma jarmix sigaretti fl-art, għax dawn jistgħu ikunu ta’ periklu u azzjoni ta’ traskuraġni tista’ twassal għal inċident.

Intant, fi stqarrija, BirdLife Malta qalet li tinsab imnikkta bl-aħbar dwar in-nirien li ħakmu l-masġar tal-Miżieb. L-NGO qalet li minbarra l-fatt li l-Miżieb hu wieħed mill-ftit postijiet b’popolazzjoni densa ta’ siġar f’Malta, iservi wkoll bħala post ta’ mistrieħ għal diversi għasafar matul il-passa, u huwa sit popolari mal-pubbliku li jżuru għar-rikreazzzjoni.