Aġġornata: Nar f’ħanut fil-Gżira; raġel l-isptar

Raġel qiegħed jinżamm l-isptar wara li lbieraħ ħanut ħa n-nar fil-Gżira.

Ir-raġel li għandu 46 sena, u hu residenti l-Gżira stess, ilu l-isptar mill-bieraħ filgħaxija, iżda l-kundizzjoni tiegħu għada mhix magħrufa.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-22.45 pm qrib Triq Ponsonby. Tliet fire-engines u għadd ta’ uffiċjali tal-Pulizija assistew fl-inċident.

Persuni fuq il-post li tkellmu ma’ Newsbook.com.mt qalu li fil-ħin tal-inċident kien hemm raġel fil-ħanut però qalu li rnexxielhom joħorġuh. Nies li kienu fil-viċin meta beda n-nar raw id-duħħan u ċemplu għall-għajnuna.

Għadu mhux magħruf x’kien il-kawża tal-inċident.