Ritratti: Nar f’dar fil-Ħamrun

Ħadd ma’ weġġa’ wara li żviluppa nar f’dar fil-Ħamrun.
Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-19:15 fi Triq San Fidiel. Huwa qal li għalkemm kien hemm anzjan ta’ 95 sena fid-dar dan irrifjuta l-assistenza minn ambulanza li ntbgħatet fuq il-post.
Skont il-Pulizija s-sitwazzjoni tinsab taħt kontroll.
Ritratti: Monique Agius