Ritratti: Naqas 101 kilo wara li ma setax ikun best man fit-tieġ ta’ oħtu

Aaron Snares, raġel Ingliż ta’ 27 sena, iddeċieda li jnaqqas il-piż wara li ma setax ikun il-best man ta’ oħtu minħabba l-ħxuna li kellu. Għalhekk ingħaqad ma’ għaqda li tagħti pariri dwar it-tnaqqis fil-piż u naqas aktar minn 101 kilo — aktar minn nofs il-piż li kellu.

Sa minn meta kien tifel Aaron minn dejjem kien bullied minħabba d-daqs tiegħu. Aktar ma kiber aktar żied fil-piż sakemm spiċċa ta’  191 kilo. Għalhekk sabha impossibbli li jkun best man fit-tieġ ta’ oħtu għax ma sabx ħwejjeġ jiġuh, Kien hawnhekk li daħħalha f’rasu jingħaqad mal-għaqda Slimming World. Issa, wara li tilef 101 kilo rebaħ it-titlu ta’ Slimming World’s Mr Sleek 2020.

Aron, illum il-ġurnata

Aaron, li hu twil kważi sitt piedi, qal li: “L-uniku dispjaċir tiegħi hu li ma kontx imsieħeb fis-Slimming World aktar qabel.”

Issa r-raġel jiżen 82 kilo u jinsab ferħan mal-għarusa tiegħu Lucy. Isemmi l-fatt li nanntu, li mietet b’kanċer, kienet dejjem tisħaqlu biex inaqqas il-piż għall-ġid tiegħu stess.

“Smajt minnha u llum nirringrazzjaha minn qalbi,” jgħid.