Ritratti: Naomi u Maxine fuq xiex se jitkellmu?

Episodju ieħor mis-sensiela Sorelle jixxandar fuq TVM illum it-Tlieta fl-3.40pm. Illum naraw Leo x’qallu lil Sully dwar dak li kien talab biex isir il-ħabs?

Naomi marret għand Maxine… x’qaltilha dwar Vince u dwar il-promotion li kienet għadha kif ħadet? U Maxine x’qaltilha dwar is-sitwazzjoni tagħhom?

Sadanittant fejn hu Vince… min iltaqa’ miegħu?… x’qaltlu? Leo ċempel lil Frederick mill-ħabs… għaliex kien irrabjat ħafna miegħu?

Angela ċemplet lil xi ħadd… lil min?… x’qaltlu?… u x’għamlet?

Sorelle għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.

Dan l-episodju jkollu repetizzjoni fuq TVM illejla fil-11.30pm u għada fis-6.15am. Il-puntati ta’ ġimgħa sħiħa jixxandru fqu TVM2 nhar is-Sibt mill-11am ‘il quddiem.