Ritratti: Muscat jiltaqa’ mal-Maltin f’New York

DOI - Jason Borg

Read in English.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqa’ mal-komunità Maltija f’New York fl-Istati Uniti.

Fi stqarrija, l-Uffiċċju tal-PM qal li Muscat tkellem ma’ ġenerazzjonijiet differenti ta’ Maltin. Muscat kien fl-Istati Uniti għall-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda.

Muscat esprima l-apprezzament tiegħu għall-mod pożittiv kif il-komunità Maltija dejjem tilqa’ lill-mexxejja Maltin għaliex, filwaqt li llum huma wkoll ċittadini Amerikani, baqgħu jgħożżu lil art twelidhom u jħossuhom Maltin.

Il-Prim Ministru spjega kif għaddej xogħol qawwi biex il-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta, tibda topera titjiriet diretti lejn New York għall-ewwel darba fl-istorja. Qal li huwa fiduċjuż li fi żmien sena wieħed ikun wasal qrib li jkun hemm tħabbiriet.

Muscat kien akkumpanjat minn martu Michelle Muscat.