Ritratti: Mumenti mill-Viżta Pastorali tal-Isqof Awżiljarju f’Ta’ Xbiex

Ritratti: Kurja – knisja.mt/ritratti

Read in English.

Reċentament l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi temm il-Viżta Pastorali tiegħu fil-Parrocca ta’ San Ġwann tas-Salib, Ta’ Xbiex.

Fi stqarrija, l-Arċidjoċesi ta’ Malta qalet li l-Isqof iltaqa’ mar-residenti li attendew ghall-Quddiesa tal-Ħadd. Attendew ukoll bosta tfal mill-parrroċċa.

Fit-tliet ijiem li qatta’ f’Ta’ Xbiex, l-Isqof iltaqa’ mal-genituri tat-tfal, mal-katekisti, u mal-operaturi pastorali. Huwa ltaqa’ wkoll ma’ numru ta’ familji u mal-komunità tal-patrijiet Terezjani li tmexxi din il-parroċċa.