Ritratti: Mumenti mill-viżta pastorali tal-Isqof Awżiljarju fil-Għargħur

Ritratti: Kurja – knisja.mt/ritratti

Read in English.

L-Arċidjoċesi ta’ Malta ħarġet numru ta’ ritratti ta’ ftit mill-mumenti tal-viżta pastorali tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi li għamel fil-Parroċċa ta’ San Bartilmew fil-Għargħur.

Fi stqarrija, l-Arċidjoċesi qalet li Galea-Curmi ltaqa’ mar-residenti u bierek għadd ta’ familji, Amministra wkoll is-Sagrament tal-Griżma lil 29 adolexxent.

Fl-erbat ijiem taż-żjara, l-Isqof iltaqa’ mat-tfal, katekisti, mal-operaturi pastorali, u mas-sorijiet u patrijiet Franġiskani.

Ritratti: Kurja – knisja.mt/ritratti