Ritratti: Morda u anzjani f’pellegrinaġġ lejn is-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu

Morda u anzjani minn diversi sptarijiet u djar tal-anzjani f’Malta u Għawdex ħadu sehem f’pellegrinaġġ lejn is-Santwarju Nazzjonali ta’ Pinu, li jsir ta’ kull sena mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Ordni ta’ Malta.
Il-korp tal-volunturiera tal-Ordni għenu lill-morda matul il-pelegrinaġġ. Mal-wasla tagħhom f’Ta’ Pinu, ġiet iċċelebrata quddiesa mill-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech.
Wara l-pellegrini ġew akkumpanjati minn skorta tal-Pulizija lejn Marsalforn, fejn l-Ordni pprovda l-ikel għal dawk kollha preżenti.
Preżenti kien hemm il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo, is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani Justyne Caruana u l-eks-Ministru għal Għawdex Anton Tabone.
Ritratti: Martin Micallef