Ritratti: “Miżbla” f’Ta’ Qali

Facebook: Christianne Pace

Kampanja, siġar, ħdura…u partijiet tal-karozzi. Hekk ilmentat waħda fuq Facebook sakemm kienet għaddejja minn Triq Durumblat fil-Mosta għat-triq li tagħti għal Ta’ Qali, qrib il-Flower Power.

Hija ilmentat dwar in-nuqqas ta’ rispett lejn l-ambjent, hekk kif proxxmu, jew forsi proxxmi, ħallew partijiet tal-karozzi bħal bumpers, kif ukoll bottijiet taż-żjut u ħafna iżjed skart fil-kampanja,fejn ħajt tas-sejjiegħ. Spjegat ix-xena bħala ‘pastażata’, u li għalkemm it-triq minn dejjem kienet mitluqa, issa tidher li wkoll saret miżbla.