Ritratti: Fi Florida; tfal salvati bl-eżatt minn kelb il-baħar permezz ta’ drone

Missier li kien qed jieħu gost jieħu r-ritratti ta’ wliedu jgħumu, huwa nduna li kien hemm kelb il-baħar jgħum ftit metri biss bogħod minnhom.

Dan Watson, il-fotografu li kien qed juża drone biex jiġbed ritratti mill-ajru ta’ wliedu jilgħabu fil-baħar f’bajja fi Florida fl-Istati Uniti. Hekk kif permezz tad-drone huwa nduna li kien hemm kelb il-baħar jgħum viċin daqshekk tat-tfal, mar jiġri javża lil martu u qalilha biex tħaffef ittella’ t-tfal mill-baħar.

Watson qal li kienet fortuna li b’kumbinazzjoni ddeċieda li jiġbed ritratti mill-ajru, hekk kif id-drone beda jopera l-kamera mill-ajru mill-ewwel wera d-dell tal-kelb il-baħar u salva lill-uliedu minn dak li seta’ spiċċa f’inċident serju.

Mart Dan spjegat kif għal bidu ma setgħetx tifhem l-għajjar ta’ żewġha, hekk kif kienet fuq ir-ramla fl-ilma viċin tat-tfal, ‘il bogħod minn fejn hu kien qed jopera d-drone. Kif wasal ħdejha rat ir-ritratt xokkanti li ġibed mill-ajru. Huma qalu lit-tfal biex jitilgħu lura fuq il-bajjar mill-iktar fis. Il-missier, li baqa’ jsegwi permezz tad-drone, ra li l-kelb il-baħar reġa’ beda jgħum ‘il barra hekk kif it-tfal reġgħu bdew deħlin ġewwa lejn ix-xatt.