Ritratti: Miss Universe Malta b’donazzjoni lill-Assoċjazzjoni tal-Annimali Abbandunati

Ir-rebbieħa tal-aħħar edizzjoni tal-Miss Universe Malta, Anthea Zammit, ilbieraħ żaret l-Assoċjazzjoni tal-Annimali Abbandunati sabiex tgħaddi d-donazzjoni tal-flus li kienu nġabru mill-parteċipanti kollha f’dan il-konkors li sar fit-30 ta’ Awwissu. B’hekk Anthea se tkun qed tirrappreżenta lil Malta fid-69 edizzjoni tal-konkors Miss Universe li se jsir fl-Istati Uniti s-sena d-dieħla.

Anthea ġabret ukoll provista ta’ affarijiet għal dawn l-annimali li lbieraħ wkoll għaddiethom mad-donazzjoni ta’ flus.

L-organizzaturi ta’ Miss Universe Malta rringrazzjaw ukoll lil Kelly Mintoff, rebbieħa tal-Miss Charity Award.