Ritratti: Misjub kelb b’denb żejjed fuq rasu

F’Missouri fl-Istati Uniti nstab kelb li għandu denb żejjed fuq rasu.

Il-ġeru ta’ 10 ġimgħat ġie salvat mit-toroq u sab postu fiċ-ċentru Mac’Mission, organizzazzjoni li tiġbor annimali abbandunati u feruti.

Ritratt: Facebook/Mac the Pitbull

Dan il-kelb, li ġie msemmi Narwhal, kien abbandunat flimkien ma’ kelb ieħor u kellu ġerħa f’waħda minn saqajh.

Il-kelb però qanqal ħafna interess minħabba li, anki kif tistgħu taraw fir-ritratt, għandu denb ieħor fuq rasu.

Dan id-denb hwua terz ta’denb proprju tiegħu u mill-ewwel testijiet li saru jidher li ma hemm l-ebda użu għalih, jiġifieri tistennewx li dan il-kelb se jkun b’xi mod qed iferfer id-denb li għandu fuq rasu.

Ritratt: Rochelle Steffen/Macs Mission

Dr. Heuring, il-veterinarju li qed isegwi l-każ ta’ Narwhal qal li dan il-kelb mhux se jingħata għall addozzjoni u se jkunu qed josservaw biex jaraw jekk id-denb hxu se jikber aktar.

Ritratt: Facebook/Mac the Pitbull

Żied jgħid ukoll li ma teżisti l-ebda raġuni biex dan id-denb jitneħħa b’xi intervent kilurġiku.