Ritratti: Minn fuq il-munita għall-Bidnija

Tiftakruha l-ballottra li għal snin twal konna narawha kull meta nużaw il-munita Maltija taċ-ċenteżmu?

Clive Muscat irnexxielu jilmaħ żewġ ballottri fil-Bidnija, jilagħbu għalenin, u jaqbadhom bil-kamera.

BirdLife Malta tiddeskrivi l-ballottra bħala l-uniku mammiferu karnivoru tal-art li għandna f’Malta. Tikkaċċja ġrieden, firien, fniek, gremxul, wiżgħat u sriep. Kultant tieħu wkoll bajd u frieħ tal-għasafar.

B’lewn kannella ħamrani minn fuq u abjad minn taħt, il-ballottra tixbah lin-nemes. L-irġiel u n-nisa jixxiebhu imma r-raġel ikun ikbar mill-mara. Il-ballottra hija wkoll l-iżgħar karnivoru tad-dinja.

Aktar tagħrif fuq il-ballottra hawn.