​Ritratti: Minflok flower girl u page boy, tieħu t-tfal tal-klassi!

Għalliema tal-kindergarten għażlet lit-tfal tal-klassi li tgħallem bħala flower girls u ring bearers tat-tieġ tagħha.
Marielle Slagel Keller mill-Istati Uniti staqsiet lill-istudenti tal-klassi jekk iridux jilbsu abjad bħala fit-tieġ tagħha.
Sitt xhur wara, 20 tifel u tifla, attendew għaċ-ċeremonja tat-tieġ.
Wara, l-istudenti flimkien mal-ġenituri tagħhom, kienu mistiedna għal festin ċkejken.