Ritratti: Min qatel lil Daphne?

Issa saret sinonima li attivisti mhux identifikati jwaħħlu strixxuni jfakkru l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia b’messaġġ partikolari.
Il-karba għall-verità terġa' titqanqal hekk kif fl-aħħar sigħat reġgħu dehru strixxuni li din id-darba qed juru l-kliem "Min qatel lil Daphne?"
Dawn l-istrixxuni dehru f'numru ta' lokalitajiet viċin it-toroq ewlenin ta' Malta fosthom fil-Marsa, l-Imsida u l-Bypass tal-Kappara.
Intant it-tifel ta' Daphne, Matthew kiteb tweet fejn irringrazzja lil min waħħal dawn l-istrixxuni. 

https://platform.twitter.com/widgets.js

Barra minn hekk, il-grupp t’attivisti Occupy Justice dalgħodu tellgħu tliet billboards, fi Triq Reġjonali u fi Triq il-Kosta, b’messaġġi favur il-ġustizzja bil-kliem: "A journalist killed, No Justice", "A country robbed, No Justice, No resignations, No Justice". 
Il-ġurnalista Caruana Galizia nqatlet fi splużjoni ta' karozza fi-triq li mill-Mosta tagħti għall-Bidnija erba’ xhur ilu, fis-16 ta’ Ottubru għall-ħabta tat-3pm.