Ritratti: Min libes l-isbaħ ingravata fiċ-ċerimonja tal-lum?

Meta jkun hemm xi ċerimonja kbira fil-pajjiż, hija tradizzjoni li n-nies jiddiskutu l-ilbies tan-nies li jattendu għaċ-ċerimonja. Ħeqq, għax l-ewwel ma tolqot l-għajn. Imma filwaqt li kulħadd jiffoka fuq il-kappell hekk imsejjaħ dubjuż ta’ Michelle Muscat, u l-widnet il-baħar milbusa minn mart il-President il-ġdid, George Vella, sikwit jinsew li anke l-irġiel jaraw li jkunu jidhru mill-aħjar f’okkażjoni bħal tal-lum. U x’hemm li jiddistingwihom?

L-ingravata, sintendi.

Miguela Xuereb

Il-Viċi Prim Ministru Chris Fearne għażel waħda blu rrigata, b’differenza mis-Segretarju Parlamentari Deo Debattista li għażel ingravata blu mingħajr disinji. Id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Chris Cardona mar għal ingravata griża, filwaqt li l-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela żewwaq il-grupp b’ingravata tagħti fir-roża.

Miguela Xuereb

Clint Camilleri, is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Annimali, għażel ingravata b’tikek bojod.

Miguela Xuereb

L-ingravata tal-President George Vella, imbagħad, kienet sewda b’tikek bojod la ġenba.

Allura, x’inhu l-verdett? Liem taħseb li kienet l-iżjed ingravata xierqa għall-jum?