Ritratti: Min kienu r-rebbieħa tad-drag racing?

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, f’temp mhux daqshekk ideali, l-Assoċjazzjoni Maltija tad-Drag Racing tat bidu għall-kampjonat nazzjonali tal-kwart ta’ mil.
L-attendenza kienet waħda tajba ħafna, kemm bħala parteċipanti kif ukoll bħala spettaturi.
Diversi sewwieqa u karozzi ġodda ġew ippruvati fit-trakka f’Ħal Far.
Bracket ta’ bejn 14 u 14.49 sekonda ntrebħet minn Nicolai Grech, Bracket bejn 13 u 13.49 sekonda ntrebħet minn Laura Cremona u Albert Camilleri rebaħ il-bracket ta’ bejn 12 u 12.49 sekondi.
Bracket bejn 11.50 u 11.99 intrebħet minn Joston Gatt, filwaqt li l-Ingliz Joe Ashton rebaħ il-bracket ta’ bejn 11 u 11.49 sekondi.
Christian Azzopardi rebaħ il-bracket ta’ bejn 10.50 u 10.99 sekondi filwaqt li Karl Mifsud u Noel Debattista rebħu l-bracket ta’ bejn 10 u 10.49 sekonda u 9.50 u 9.99 sekonda. Il-bracket bl-inqas ħin ta’ bejn 9 u 9.49 intrebħet minn Paul Pace.
It-tliet klassijiet Handicap intrebħu minn, Dunstan Mangion, Joe Ashton u Christian Azzopardi.
Open Class 3 intrebħet minn Nathan Bartolo, Front Wheel Drive Open Class intrebħet minn Keith Pace waqt li Clint Catania rebaħ il-klassi Extreme 2.  Adrian Muscat rebaħ il-Klassi CA6 u Ruben Pirotta rebaħ il-klassi SM4.
Iż-żewġ klassijiet tad-Dragsters D4 u D5 intrebħu minn Tyson Debono, il-klassi għat-tfal Junior Dragster intrebħet minn Luca Mangion.
Frankie Ellul rebaħ iż-żewġ klassijiet Escort Class 2 u Escort Class 3. Adrian Muscat rebaħ il-klassi Open 6 u Lorry Mifsud rebaħ il-klassi SS4.
Klassijiet tal-muturi ntrebħu b’dan il-mod: Chris Vella jirbaħ il-Bracket ta’ bejn 8.50 u 8.99 sekondi, Franklyn Borg jirbaħ il-klassi bracket bejn 7 u 7.49 sekondi kif ukoll il-klassi SS1.
Leslie Said rebaħ il-klassi index 8.5, Luke Farrugia jirbaħ il-klassi SS2A filwaqt illi l-Grieg Savvas Tilsizoglu jirbaħ il-klassi Open. 
Duncan Micallef għamel numru ta’ ġirjiet bit-Top Fuel Dragster tiegħu u riżultat notevoli ieħor kien dak ta’ Miguel Montebello li rebaħ il-klassi outlaw front wheel drive f’ħin ta’ 8.41 sekondi u b’hekk permezz tal-Honda Type-R huwa s-sewwieq l-aktar veloċi fl-Ewropa b’karozza front wheel drive.
Għal dan l-avveniment kien hawn Malta Lars Petterson li huwa l-President tal-Kummisjoni tad-Drag Racing fi ħdan il-Federazzjoni Internazzjonali tal –Awtomobiliżmu.
It-tieni rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali ta’ Drag Racing huwa skedat għall-1, 2 u 3 ta ' Ġunju mill-ġdid fit-trakka tal-Assoċjazzjoni ta’ 'Maltija tad-Drag Racing f'Ħal Far.
L-attività li jmiss, MDRA FOR CHARITY qed tiġi organizzata fil-31 ta’ Marzu, fl-istess trakka, minn Mario Mifsud, magħruf bħala DJ Banana bil-fondi miġbura jmorru kollu għaċ-Ċentru tal-Awtiżmu f’Malta.
Kull tip ta’ karozzi, muturi, u dixxiplini differenti ta’ motorsport se jkunu qed jintwerew lill-viżitaturi li jagħżlu li jattendu din l-attività għall-familja kollha.