Ritratti: Min jistkenn u min jixxala

Ir-riħ qawwi li ħakem lill-gżejjer tagħna żgur li se jħalli l-effetti tiegħu fuq ir-raba’. Hemm min jieħu gost b’dan it-temp u hemm min jistmerru. Il-bebbux żgur li ħareġ bi ħġaru u tant ieħor dawk li jiġbruh!
L-Uffiċċju Meteoroloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta wissa li diversi partijiet tal-gżejjer Maltin se jinħakmu minn riħ qawwi. Il-kosta fil-punent u l-lbiċ hija l-aktar li qiegħda tkun affettwata. Din it-twissija tgħodd sas-6.00pm.
Lilek kif jolqtok temp bħal dan? 
Ritratti: Ian Noel Pace