Ritratti: Min ifakkar lil Daphne; min ineħħi l-billboards

Fil-Belt Valletta llejla għadd ta’ persuni nġabru biex ifakkru lill-ġurnalista Daphne Caruana Galizia f’għeluq ir-raba’ xahar minn meta ġiet assassinata fis-16 ta’ Ottubru 2017.
500 persuna attendew għall-velja organizzata min-Netwerk tas-Soċjetà Ċivili f’Malta.
Fiha tkellmu numru ta’ kelliema minn diversi għaqdiet fosthom, Vanessa Farrugia, Kevin Wain min-Netwerk tas-Soċjetà Ċivili, Louiselle Vassallo minn Occupy Justice, Rachel Pace mill-Kenniesa u Alex Hili minn Awturi. 
Intant, waqt li kienet għaddejja din l-attività, jidher li kien hemm ħidma mill-awtoritajiet biex jitneħħew billboards mit-toroq, fosthom il-billboards li tpoġġew illum minn Occupy Justice.