Ritratti: Miljun ruħ għall-quddiesa tal-Papa fil-Korea

L-organizzaturi Koreani qed jikkalkulaw li għall-quddiesa tal-beatifikazzjoni ta’ 124 martri Korean, attendew kważi miljun persuna. 
Waqt il-quddiesa, l-ewwel li ġie ddikjarat martri kien Paul Yun Ji-Chung, li flimkien ma’ sħabu l-martri l-oħra, kienu nqatlu waqt il-persekuzzjoni tal-1791. 
ll-quddiesa tal-beatifikazzjoni kienet immexxija miIl-Papa Franġisku, flimkien mal-kardinal Pietro Parolin u l-Arċsiqof Andew Yeom Soo-jung.
Dalgħodu l-Papa Franġisku kellu jgħammed lil Lee Ho-Jyn, missier ta’ wieħed mill-vittmi tal-vapurett Sewol. 
F’dan in-nawfraġju li seħħ f’April li għadda, kienu mietu 294 persuna.