Ritratti: Militanti Iżlamiċi jheddu l-Awtoritajiet Amerikani

Militanti Iżlamiċi tal-ISIS bagħtu numru ta’ messaġġi ta’ theddid lill-Awtoritajiet Amerikani wara li l-Amerka bdiet l-ewwel attakki tagħha fuq it-terroristi fl-Iraq.
Permezz tal-hashtag #AmessagefromISIStoUS, fuq Twitter dawn il-militanti poġġew ritratti ta’ theddid. Fost oħrajn tefgħu ritratti ta’ suldati Amerikani mdendla, irġiel b’għonqhom imħanxar, irjus ta’ bnedmin, u ritratt tat-twin towers jinħarqu fil-11 ta’ Settembru 2001.
Fost il-kummenti tal-militanti kien hemm li “Dan hu messaġġ għal kull ċittadin Amerikan… intom it-targit ta’ kull Musulman fid-dinja, qegħdin fejn qegħdin.”