Ritratti: Mil-lum jerġa’ jibda Beautiful

Wara l-waqfa għall-jiem tal-festi, is-soap opera Amerikana The Bold & The Beautiful tirritorna mil-lum fil-ħin tas-1.40pm. Se jkunu qed ikomplu wkoll Una Vita fis-2.10pm filwaqt li fl-4.10pm se tkompli is-soap opera Spanjola Il Segreto.

Intant fi Beautiful matul din il-ġimgħa stennew bosta intriċċi

It-Tlieta 7 ta’ Jannar

Ritratt: BBL Distribution

Florence tintebaħ li Reese qiegħed jaħbi xi ħaġa u tesiġi spjegazzjoni. Steffy tissuġerixxi lil Liam biex imorru jaraw it-tarbija flimkien.

L-Erbgħa 8 ta’ Jannar

Don Diamont, Heather Tom u Finnegan George. RitrattL Howard Wise/jpistudios.com

Wyatt imur iżur lil Hope, Dan iwassal biex jiftakru fl-imgħoddi tagħhom.

Il-Ħamis 10 ta’ Jannar

Ingo Rademacher u Jennifer Gareis. RitrattL Howard Wise/jpistudios.com

Reese, f’konfoffa ma’ Florence, tkompli bil-pjan tagħha biex iċ-ċkejkna Beth tiġi addottata minn Steffy.

Il-Ġimgħa 11 ta’ Jannar

Ingo Rademacher u Heather Tom. RitrattL Howard Wise/jpistudios.com

Imbikkma, Steffy titlob lil Liam biex jakkumpanjaha beix tara t-tarbija. Hu jaċċetta. Iżda kif mistenni ma jirrealizzawx li din hija t-tarbija ta’ Hope.

Is-Sibt 12 ta’ Jannar

Katherine Kelly Lang u Annika Noelle. RitrattL Howard Wise/jpistudios.com

Hope tibda tinqata’ minn ma’ kulħadd. Liam jipprova jikkonvinċiha biex tqawwi qalbha u taċċetta li Sally tmur iżżurha.

Il-Ħadd 13 ta’ Jannar (fis-2.05pm)

Ritratt: BBL Distribution

Sally temmen li sabet soluzzjoni biex tgħin lil Hope u għalhekk teħdilha kelb żgħir. Iżda Hope tirreaġixxi ħażin.