Ritratti: Michelangelo: Ir-ruħ u l-id

Din hi t-tema oriġinali li din is-sena l-grupp taż-żgħażagħ PlusU taż-Żejtun se jippreżentaw fil-Via Sagra żagħżugħa tagħhom.
Flimkien mal-missier tar-rinaxximent, min se jattendi għal din il-Via Sagra, se jesperjenza u jara b’mod uniku f’kull wieħed mill-erbatax-il stazzjon l-ħajja umana u spiritwali ta’ Michelangelo di Lodovico Buonarroti kif ukoll l-kapulavuri artistiċi tiegħu.
Din l-atmosfera ser tinħoloq permezz ta’ arti viżiva, drama bl-involviment tad-De la Salle Drama Group, kif ukoll bil-mużika u l-kant tal-musical ‘Ikun li trid int’.
Għalhekk għada aħtaf din l-opportunità unika u ibda l-festi tal-Għid mar-ruħ u l-id ta’ Michelangelo.
L-ewwel stazzjon jibda fis-7.30pm fil-Knisja Parrokkjali Santa Katerina fiż-Żejtun. Aktar informazzjoni tinsab hawn.
Ritratti: Uħud mir-rappreżentazzjonijiet tal-PlusU