Ritratti: Michela tiltaqa’ mal-istudenti fil-Ġgantija

Ryan Xuereb

Michela Pace, il-kantanta Għawdxija li se tirrappreżenta lill-Gżejjer Maltin fil-Eurovision Song Contest ix-xahar id-dieħel f’Tel Aviv, illum iltaqgħet mal-istudenti fil-Ġgantija.

Ir-rebbieħa tal-ewwel edizzjoni ta’ X Factor Malta ttimbrat il-passaport kulturali tal-istudenti, ipprovdut lilhom minn Heritage Malta, li jiggarantilhom dħul b’xejn fit-tempji megalitiċi kollha ħlief fl-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni.

Michela għandha appuntament ieħor mal-istudenti nhar it-Tlieta li ġej fil-mużew MUŻA fil-Belt Valletta bejn l-10am u s-1pm.