Ritratti: Mhux talli ma baqgħux ġewwa…

dumped stools
Ritratt: Facebook/KevinCauchi

Jidher li hawn min tassew qed jieħu l-ħin li għandu fuq idejh bħalissa biex jagħmel dawk l-affarijiet li ssoltu mhux qed ilaħħaq jagħmel. Ma hemm xejn ħażin li tagħmel hekk imma milli jidher xi ħadd mhux talli mhux qed isegwi d-direttivi u jibqa’ ġewwa talli għoġbu jarmi sett sufan fil-kampanja f’Għajnsielem, Għawdex.

Dan il-fatt ġibed l-attenzjoni ta’ Kevin Cauchi, is-Sindku ta’ Għajnsielem, li ċanfar dan l-aġir b’mod pulit fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook.

Fl-istess waqt u rringrazzja l-ħaddiema tal-kunsill li baqgħu għaddejjin bil-ħidma u tindif madwar it-toroq t’Għajnsielem.